Skip to content Skip to sidebar Skip to footer

Mario Cassar

Mario Cassar huwa attur u preżentatur li ħadem f’diversi produzzjonijiet lokali. Ilu involut fit-teatru u t-televiżjoni għal bosta snin, u l-ewwel debut tiegħu kienet fis-serje televiżiva Evanġelisti (2009). Tul is-snin sar sinonimu ma’ karattri aktar komiċi bħal ‘Gable’ fis-serje televiżiva popolarissima Deceduti (2010-2012), kif ukoll ‘il-Fire’, ‘Eclaire’ u diversi karattri oħra f’Min Imissu (2012 –; preżenti). Apparti produzzjonijiet oħra, bħalissa qiegħed jipproduċi u jippreżenta Ċappas (2018 -; preżenti) flimkien ma’ Xandru Mallia, li huwa programm artistiku li jgħallem diversi tekniki tal-arti bħall-airbrushing permezz ta’ sketeches u xenarji komiċi. Permezz tal-karattri li jinterpreta, Cassar kellu l-opportunita` wkoll li jkun parti minn diversi kampanji skolastiċi edukattivi u ambjentali, bħal Catch the Drop; kampanja għall-konservazzjoni tal-ilma bi produzzjoni ta’ HSBC, Street Smart; kampanja għas-sigurta` fit-toroq imtella’ minn Fundacion Mafre’, kif ukoll diversi kampanji ta’ riċikaġġ tal-iskart, saħħa fiżika u storja ta’ Malta, fost ħafna oħrajn. Cassar ħa sehem ukoll f’diversi riklami kemm fuq ir-radju u t-televiżjoni, ippreżenta bosta festivals u xows live u ħadem fi produzzjonijiet teatrali bħal Take 2 Reloaded (2016), Aladin Pantow bil-Malti (2019), u Bla Kondixin (2016 –; preżenti), fost oħrajn. Fiċ-ċinema ħadem bħala stuntman fil-films Munich (2005) u Agora (2009), kif ukoll bħala attur f’produzzjonijiet lokali bħall-Innoċenti (2011), Deċeduti Wara l-Aħħar tad-Dinja (2012) u fost oħrajn. Cassar kontinwment jistudja u josserva l-persuni ta’ madwaru biex isib l-ispirazzjoni għall-karattru komiku li jmiss. Bħalissa qed jaħdem primarjament fuq is-serje Min Imissu, kif ukoll fuq diversi produzzjonijiet futuri oħra.

==

Mario Cassar is a comedic actor and presenter. He has been working in theatre and television for several years, debuting his acting career through the television series Evanġelisti (2009). Throughout his career, Cassar became synonymous with various comical characters such as ‘Gable’ from the hit series Deceduti (2010-2012), as well as ‘il-Fire’, ‘Eclaire’ and various other characters from Min Imissu (2012 –; ongoing). Apart from other productions, Cassar is currently presenting Ċappas (2018 -; ongoingi) together with Xandru Mallia; an artistic programme which teaches its audiences various techniques such as airbrushing, through comedic sketches and scenarios. Through the characters he interprets, Cassar has had the opportunity of being part of various educational and environmental school campaigns, such as Catch the Drop; a water conservation campaign by HSBC, Street Smart; a road safety campaign produced by Fundacion Mapfre’, as well as others including recycling, healthy eating and Maltese history campaigns. Cassar has also participated in various adverts both on radio and television, presented several festivals and shows, as well as worked on theatrical productions such as Take 2 Reloded (2016), Aladin Pantow bil-Malti (2019), and Bla Kondixin (2016 –; ongoing), among others. He also worked as a stuntman in cinematic blockbusters Munich (2005) and Agora (2009), as well as other local productions like Innoċenti (2011), Deċeduti Wara l-Aħħar tad-Dinja (2012), among others. Cassar is continuously studying and observing individuals around him to inspire his next comical character. He is currently taking part in the series Min Imissu, as well as preparing for other future projects.